Province
of
Malta
Franciscan Sisters of the Heart of Jesus
Our Lady of the Sacred Heart.

Festa tal-Qalb ta' Ġesù

 

Ġunju 2015

 

 

 

L-ewwel Jum tat-Tridu

 

 

hog

 

 

Min hu Alla għalina? Alla huwa mħabba. Fil-ħajja tagħna huwa li nagħmlu

 

esperjenza ta' dan Alla u mhux biss li nkunu nafu dwarhu. Imma dan kollu

 

huwa possibli?

 

San Bonaventura jgħid li Alla għalhekk sar bniedem biex insiru nafu Lilu.

 

F'ħajti rrid nasal biex ngħid flimkien ma' San Pawl, mhux jien li ngħix imma

 

Hu li jgħix fija. Hija l-unità tat-Trinità li lili ħalqitni xhieha Tiegħu. Jien

 

minix numru għal Alla, imma persuna Importanti.

 

Jien u int, m'għadnix biss fil-pala ta' Idu imma imdaħħlin fil-kustat ta'

 

Kristu li minn hemm ħalaq u jibqa' joħloq għax Alla huwa Imħabba.

 

 

 

It-tieni Jum tat-Tridu

 

 

fl

 

 

Kull paġna fl-Iskrittura tgħinna nagħrfu kemm Alla tassew iħobbna. Insibu

 

il-Figura tar-Ragħaj li jikkonċentra ħinu fuq in-nagħġa l-mitlufa u l-

 

midruba. David kellu din l-esperjenza għax hu stess kien ragħaj,

 

allura seta' jħares lejn Alla u jindirizzah bħala ragħaj tiegħu: "Il-Mulej hu r-

 

ragħaj tiegħi..."

 

Min hu r-ragħaj? Ġesù jitkellem minn erba' tipi ta' ragħaj:

 

 

1. It-Tajjeb: minn xiex jingħaraf? Dan hu dak li n-nagħaġ jagħrfu leħnu u hu

 

stess jagħti ħajtu għalihom. Aħna li aħna parti mill-merħla jeħtieġ li

 

nagħrfu leħnu. Dan ir-ragħaj it-tajjeb għandu ħafna virtuijiet interjuri,

 

għaldaqstant nistgħu insejħulu Twajjeb. Fil-ħajja tista' tkun tajjeb imma

 

mhux twajjeb, imma jekk tkun twajjeb tkun tajjeb ukoll. Ir-ragħaj it-twajjeb

 

kapaċi jerfa' l-piż għax qed jerfa' bl-imħabba. Min jerfa' bl-imħabba,

 

ma jkunx qed jerfa' piż imma lil oħtok jew lil ħuk għax qed issiru ġesti ta'

 

mħabba.

 

2. Il-Mikri: Dan hu dak li jaħrab quddiem il-problemi u jħalli lin-nagħaġ

 

warajh.

 

 

3. Il-Barrani: In-nagħaġ wara dan ma jimxux imma jaħarbu minnu.

 

 

4. Il-għadu: Dan hu msajjaħ bħala ħalliel u brigant għax jisraq u joqtol lin-

 

nagħaġ.

 

Bħala ragħaj, Ġesù għandu l-għasluġ biex jerfgħani mill-waqgħat tiegħi.

 

Ġesù jeżamina u jdewwili l-feriti tiegħi. Għandu l-ħatar biex jeħlisni mix-

 

xitan u l-ispirti l-ħżiena li hemm ġewwa fija. Ħafna drabi noħroġ

 

mit-triq u bl-iżbandola jerġaż jiġbidli l-attenzjoni. Ġesù jagħtina wkoll l-ikel

 

mill-barżakka tiegħu fl-Ewkaristija. Hu jmantnini bil-Ġisem, bid-Demm,

 

bir-Ruħ u bid-Divinità.

 

 

It-tielet Jum tat-Tridu

 

 

ewk