Province
of
Malta
Franciscan Sisters of the Heart of Jesus
Our Lady of the Sacred Heart.

Festa tal-Qalb ta' Ġesù

 

Ġunju 2016

 

Illum il-31 ta' Mejju 2016, proprju fl-għeluq tax-xahar ta' dan ix-xahar iddedikat lil Ommna Marija,

 

tajna bidu għall-festa tant għażiża għalina s-Sorjiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù -

 

il-Festa tal-Qalb ta' Ġesù.fsmż

 

Il-ħsibijiet għal dawn it-tliet ijiem tat-Tridu qed jiġu magħmula minn Patri Stephen Magro OFM.

 

Filwaqt li nawguraw lil kull wieħed u waħda minnkom festa mimlija grazzji u Mħabba, nitolbukom titolbu

 

għalina sabiex inkunu Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù tassew awtentiċi!

 

Pace E Bene

 

 

 

L-ewwel Jum tat-Tridu:

 

Il-Ħniena Tiegħu!

 

 

hog

 

"B'ħeġġa mdawla u meqjusa, nagħmlu ħilitna biex inxerrdu l-qima lejn il-Qalb ta' Ġesù fl-Ewkaristija,

 

l-aktar fost dawk li nersqu lejhom fl-appostolat tagħna, u nuruhom l-għana tal-imħabba ħanina Tiegħu.

 

Il-qima awtentika lejn il-Qalb ta' Ġesù għandha karattru kollu kemm hu ewkaristiku, għaliex iwassal

 

f'riġlejn l-altar u lejn it-tabernaklu, iġifieri għall-parteċipazzjoni fiċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrifiċċju

 

Ewkaristiku u biex nieqfu nitolbu quddiem "dak il-pissidi Ewkaristiku li jgħajjat 'l-erwieħ. "

 

Kostituzzjonijiet tas-Sorjiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù - Atriklu N. 83

 

 

X'qed iwassalni biex niċċelebra din il-festa?

 

1. L-Imħabba għax hija l-bażi ta' KOLLOX;

 

2. Għaliex għamilt u qed nagħmel esperjenza personlai ta' dan in-Nazzarenu.

 

Din il-festa suppost terġa' tagħtina l-ferħ tal-bidu tas-sejħa tagħna.

 

Fejn hu l-ferħ tiegħi? Wara min qed niġri?

 

 

 

 

 

It-tieni Jum tat-Tridu

 

 

 

 

 

It-tielet Jum tat-Tridu